2 Timotju 3:1-17

3  Imma kun af dan, li fl-aħħar jiem+ ikun hawn żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.+  Għax in-nies ikunu jħobbu lilhom infushom, iħobbu l-flus, minfuħin bihom infushom, suppervi, midgħija, diżubbidjenti lejn il-ġenituri,+ ingrati, żleali,+  mingħajr imħabba naturali,+ ma jkunux iridu jiftiehmu,+ kalunnjaturi,*+ mingħajr rażna, feroċi,+ mingħajr imħabba għat-tajjeb,+  tradituri,+ rashom iebsa, imkabbrin,+ iħobbu l-pjaċiri minflok ma jħobbu lil Alla,+  ikollhom għamla taʼ devozzjoni lejn Alla+ imma ma jurux bil-fatti l-qawwa tagħha;+ nies bħal dawn aħrabhom.+  Għax fost dawn ikun hemm xi wħud li b’makakkerija jindiehsu fid-djar+ u jieħdu bħala lsiera tagħhom lil nisa dgħajfin mgħobbijin bid-dnubiet, imqanqlin minn diversi xewqat,+  dejjem jitgħallmu iżda qatt ma jistgħu jaslu għal għarfien eżatt dwar il-verità.+  Issa kif Ġanne u Ġambre+ rreżistew lil Mosè, bl-istess mod dawn ukoll jibqgħu jirreżistu l-verità,+ nies li għandhom moħħhom korrott+ għalkollox u li huma diżapprovati milli jkunu segwaċi tal-fidi.+  Minkejja dan, m’huma se jaslu mkien, għax il-ġenn tagħhom ikun jidher ċar ħafna għal kulħadd, bħalma deher il-ġenn taʼ dawk iż-żewġt irġiel.+ 10  Imma int segwejt mill-qrib it-tagħlim tiegħi, il-kondotta tiegħi,+ l-iskop tiegħi, il-fidi tiegħi, il-paċenzja kollha tiegħi, l-imħabba tiegħi, is-sabar tiegħi, 11  il-persekuzzjonijiet tiegħi, is-sofferenzi tiegħi, ix-xorta t’affarijiet li ġrawli f’Antjokja,+ f’Ikonju,+ u f’Listra,+ ix-xorta taʼ persekuzzjonijiet li għaddejt minnhom; iżda l-Mulej ħelisni minnhom kollha.+ 12  Fil-fatt, kulmin jixtieq jgħix bid-devozzjoni lejn Alla fi sħubija maʼ Kristu Ġesù jkun persegwitat ukoll.+ 13  Imma n-nies mill-agħar u l-impusturi jibqgħu sejrin mill-ħażin għall-agħar, iqarrqu u jitqarrqu.+ 14  Madankollu, int kompli f’dak li tgħallimt u li emmint għax sirt konvint li hu minnu,+ billi taf mingħand min tgħallimtu.+ 15  Għax minn mindu kont tarbija+ ilek taf il-kitba qaddisa, li tistaʼ tagħmlek għaref għas-salvazzjoni+ permezz tal-fidi fi Kristu Ġesù.+ 16  L-Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla+ u tiswa biex tgħallem,+ twiddeb,+ tikkoreġi,+ tiddixxiplina+ fis-sewwa, 17  sabiex il-bniedem t’Alla jkun kapaċi għalkollox,+ armat bis-sħiħ għal kull għemil tajjeb.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “xjaten.”