Isaija 48:1-22

48  Isimgħu dan, O dar Ġakobb, intom li qed tissejħu bl-isem taʼ Israel+ u li ħriġtu mill-ilmijiet taʼ Ġuda,+ intom li taħilfu bl-isem taʼ Ġeħova+ u li ssemmu lill-Alla taʼ Israel,+ mhux bil-verità u mhux bis-sewwa.+  Għax sejħu lilhom infushom nies mill-belt qaddisa,+ u serrħu fuq l-Alla taʼ Israel,+ li Ġeħova taʼ l-armati huwa ismu.+  “L-ewwel affarijiet għedthom minn dak iż-żmien, u ħarġu minn fommi, u bqajt insemmagħhom.+ F’daqqa waħda aġixxejt, u l-affarijiet seħħew.+  Billi naf li int iebes+ u li n-nervituri t’għonqok huma tal-ħadid+ u ġbinek tar-ram aħmar,+  bqajt ngħidlek sa minn dak iż-żmien. Qabel dawn seħħew, semmajthomlok,+ biex ma tgħidx, ‘L-idolu tiegħi wettaqhom, u x-xbieha skolpita tiegħi u x-xbieha tiegħi magħmula minn metall imdewweb ikkmandawhom.’+  Int smajt.+ Ħares lejn dan kollu.+ U intom m’intomx se tħabbruh?+ Qed insemmgħek affarijiet ġodda minn dan iż-żmien, iva, affarijiet li żammejt merfugħin, li ma kontx tafhom.+  Issa se jinħolqu, u mhux f’dak iż-żmien, l-affarijiet li qabel illum ma kontx smajthom, sabiex ma tgħidx, ‘Ara! Diġà kont naf bihom.’+  “Iktar minn hekk, int ma smajtx,+ lanqas ma kont taf, u minn dak iż-żmien ’il quddiem widnejk ma nfetħux. Għax jien naf sew li int assolutament bqajt taġixxi bi tradiment,+ u sejħulek ‘wieħed li ilu jikser il-liġi sa miż-żaqq.’+  Minħabba ismi se nżomm ir-rabja tiegħi,+ u għat-tifħir tiegħi se nitrażżan miegħek sabiex ma tinqeridx.+ 10  Ara! Jien irfinajtek, imma mhux bħall-fidda.+ Għażiltek fil-forn tas-sofferenza.+ 11  Minħabba fija stess, minħabba fija stess se naġixxi,+ għax kif jistaʼ wieħed iħalli lilu nnifsu jiġi mkasbar?+ U l-glorja tiegħi ma nagħtiha lil ħadd iktar.+ 12  “Ismagħni, O Ġakobb, u int O Israel l-imsejjaħ tiegħi. Jien l-istess Wieħed.+ Jien l-ewwel.+ Iktar minn hekk, jien l-aħħar.+ 13  Iktar minn hekk, idi qiegħdet is-sisien taʼ l-art,+ u leminti firxet is-smewwiet.+ Jien qed insejħilhom, sabiex jippreżentaw lilhom infushom flimkien.+ 14  “Inġabru flimkien, intom ilkoll, u isimgħu.+ Min fosthom qalilkom dawn l-affarijiet? Ġeħova ħabbu.+ Hu se jagħmel kif jogħġbu maʼ Babilonja,+ u driegħu se jkun fuq il-Kaldin.+ 15  Jien—jien tkellimt. U jien sejjaħtlu.+ Jien ġibtu, u triqtu se jkollha suċċess.+ 16  “Ersqu lejja. Isimgħu dan. Mill-bidu ma tkellimtx fil-moħbi.+ Meta seħħ, jien hemmhekk kont.” U issa l-Mulej Sovran Ġeħova bagħatni, anki l-ispirtu tiegħu.+ 17  Hekk qal Ġeħova, Dak li xtrak lura,+ il-Qaddis taʼ Israel:+ “Jien, Ġeħova, jien Alla tiegħek, li ngħallmek għall-ġid tiegħek,+ li mmexxik fit-triq li għandek timxi.+ 18  O li kieku fil-fatt tagħti kas il-kmandamenti tiegħi!+ Imbagħad il-paċi tiegħek tkun bħal xmara,+ u s-sewwa tiegħek bħall-mewġ tal-baħar.+ 19  U nislek ikun bħar-ramel, u d-dixxendenti mill-ġewwieni tiegħek ikunu bħall-frak tar-ramel.+ Ismu ma jinqatax u ma jinqeridx għalkollox minn quddiemi.”+ 20  Oħorġu minn Babilonja!+ Aħarbu mill-Kaldin.+ Għidu dan bil-ħoss t’għajat ferrieħi, semmgħuh.+ Wassluh sa tarf l-art.+ Għidu: “Ġeħova xtara lura lill-qaddej tiegħu Ġakobb.+ 21  U ma qabadhomx l-għatx+ meta mexxiehom minn postijiet imħarbtin.+ Ġiegħel l-ilma jgelgel mill-blata għalihom, u qasam blata sabiex inixxi l-ilma.”+ 22  “M’hemmx paċi,” qal Ġeħova, “għall-ħżiena.”+

Noti taʼ taħt