Proverbji 14:1-35

  • Meta xi ħadd ikun imdejjaq, hu biss ikun jaf x’qed iħoss (10)

  • Triq li tidher tajba tistaʼ twassal għall-mewt (12)

  • Xi ħadd bla esperjenza jemmen kollox (15)

  • Xi ħadd sinjur għandu ħafna ħbieb (20)

  • Qalb kalma tgħin biex il-ġisem ikun b’saħħtu (30)

14  Il-mara li hi vera għarfa tibni d-dar tagħha,Imma l-mara belha twaqqagħha b’idejha stess.   Min jagħmel it-tajjeb jirrispetta ħafna lil* Ġeħova,Imma min hu diżonest* ma jirrispettahx.   Il-kliem arroganti tal-iblah hu bħal daqqa taʼ bastun,Imma dak li jgħid l-għaref se jipproteġih.   Fejn m’hemmx baqar, il-maxtura* tkun nadifa,Imma fejn hemm barri b’saħħtu hemm ħafna ħsad.   Xhud leali ma jigdibx,Imma xhud falz jigdeb maʼ kull nifs li jieħu.   Xi ħadd arroganti* jixtieq ikun għaref, iżda ma jistax,Imma xi ħadd li kapaċi jifhem hu faċli li jitgħallem.   Żomm ’il bogħod minn xi ħadd iblah,Għax mhu se titgħallem xejn minn dak li jgħid.   L-għerf jgħin lill-għaqli jifhem f’liema triq qiegħed,Imma xi ħadd stupidu jiġi mqarraq* bil-bluha tiegħu stess.   Il-boloh jidħqu bid-dnubiet li jagħmlu,*Imma l-onesti jixtiequ jagħmlu paċi. 10  Meta xi ħadd ikun imdejjaq, hu biss ikun jaf x’qed iħoss,U meta jkun ferħan, ħadd ma jifhem il-ferħ li qed iħoss. 11  Id-dar taʼ xi ħadd ħażin se tinqered,Imma t-tinda tal-ġust se tkompli tikber. 12  Bniedem jistaʼ jaħseb li qiegħed fit-triq it-tajba,Imma mbagħad din twassal għall-mewt. 13  Anki jekk xi ħadd ikun qed jidħaq, jistaʼ jkun qed ibati,U l-ferħ jistaʼ jinbidel fi dwejjaq kbar. 14  Min jitbiegħed minn Alla jbati l-konsegwenzi taʼ kif jgħix,Imma bniedem tajjeb igawdi l-barkiet taʼ dak li jagħmel. 15  Xi ħadd bla esperjenza jemmen kollox,Imma l-għaqli jaħseb sew dwar kull ħaġa li se jagħmel. 16  Min hu għaref joqgħod attent u jwarrab mill-ħażen,Imma l-istupidu ma jagħtix kas* u jafda fih innifsu. 17  Min jirrabja malajr jagħmel affarijiet bla sens,Imma min jaħseb qabel jaġixxi* hu mibgħud. 18  Dawk bla esperjenza se jaġixxu bi bluha,Imma l-għarfien isebbaħ lill-għorrief bħal kuruna. 19  Il-ħżiena se jkollhom imilu quddiem it-tajbin,U dawk mill-agħar se jmilu quddiem il-bieb tal-ġusti. 20  Raġel fqir anki l-ħbieb tiegħu jobogħduh,Imma xi ħadd sinjur għandu ħafna ħbieb. 21  Min jobgħod lil dawk li jagħmilha magħhom jidneb,Imma min juri ħniena mal-batut hu ferħan. 22  Dawk li jippjanaw li jagħmlu l-ħażen se jiżvijaw,Imma dawk li għandhom intenzjonijiet tajbin se jintwerew imħabba* u lealtà. 23  Ix-xogħol iebes kollu hu taʼ benefiċċju,Imma min jitkellem ħafna u jagħmel ftit ma jieħu xejn. 24  Il-ġid tal-għorrief isebbaħhom bħal kuruna;Imma l-istupidi se jibqgħu stupidi. 25  Xhud onest isalva l-ħajjiet,Imma xhud li jqarraq jigdeb maʼ kull nifs li jieħu. 26  Dak li jirrispetta ħafna lil* Ġeħova jafdah f’kollox,U billi jagħmel hekk jipproteġi lit-tfal tiegħu. 27  In-nies li jirrispettaw ħafna lil* Ġeħova se jkomplu jgħixu,Għax li jagħmlu hekk jgħinhom jevitaw in-nases tal-mewt. 28  Re li jkollu ħafna nies taħtu jiġi onorat ħafna,Imma mexxej li m’għandu lil ħadd taħtu jiġi fix-xejn. 29  Min ma jirrabjax malajr hu għaref,Imma min hu bla paċenzja juri kemm hu iblah. 30  Qalb kalma tgħin biex il-ġisem ikun b’saħħtu,*Imma l-għira therri l-għadam. 31  Min jieħu vantaġġ mill-batut ikun qed jgħajjar lil Dak li Għamlu,Imma min juri ħniena mal-fqir jigglorifikah. 32  Il-ħażin se jaqaʼ fil-ħażen tiegħu stess,Imma l-ġust se jiġi protett minħabba l-lealtà tiegħu. 33  Persuna* li kapaċi tifhem ma toqgħodx titkellem dwar l-għerf li għandha,Imma min hu stupidu dejjem jiftaħar dwar dak li jaf. 34  Poplu se jiġi rrispettat jekk jagħmel it-tajjeb,Imma poplu li jidneb jiġi ddiżonorat. 35  Re jieħu pjaċir b’qaddej li jaġixxi b’għaqal,Imma hu jirrabja ħafna maʼ min jagħmel affarijiet taʼ mistħija.

Noti taʼ taħt

Letteralment “jibżaʼ minn.”
Jew “qarrieq.”
Jiġifieri fejn jitimgħu l-annimali.
Jew “li jwaqqaʼ kollox għaċ-ċajt.”
Jew forsi “jqarraq b’oħrajn.”
Jew “bil-ħsieb li jirranġaw l-affarijiet.”
Jew “jirrabja.”
Jew “min kapaċi jaħseb.”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Letteralment “jibżgħu minn.”
Letteralment “hi l-ħajja tal-ġisem.”
Letteralment “Il-qalb taʼ xi ħadd.”