Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

STUDJU 8

Għallem bl-eżempji

Għallem bl-eżempji

Mattew 13:34, 35

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Sebbaħ it-​tagħlim tiegħek b’eżempji sempliċi li huma taʼ interess għas-​semmiegħa u li jgħallmuhom punti importanti.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Agħżel eżempji sempliċi. Bħal Ġesù, uża affarijiet żgħar biex tispjega affarijiet kbar, u affarijiet faċli biex tispjega affarijiet diffiċli. Iżżidx dettalji bla bżonn li jikkomplikaw l-​eżempju. Kun ċert li l-​affarijiet li ssemmi fl-​eżempju verament japplikaw għal-​lezzjoni li qed tgħallem, ħalli s-​semmiegħa tiegħek ma jitfixklux minħabba xi dettalji li ma japplikawx jew li ma jagħmlux sens.

  • Żomm lis-​semmiegħa tiegħek f’moħħok. Agħżel eżempji li jinkludu attivitajiet u affarijiet li jinteressaw lis-​semmiegħa tiegħek. Oqgħod attent li l-​eżempji li tuża ma jġegħluhomx jistħu jew iweġġgħuhom.

  • Għallem il-​punt prinċipali. Iffoka fuq li tispjega punti prinċipali u mhux dettalji żgħar. Kun ċert li s-​semmiegħ tiegħek ma jiftakarx biss l-​eżempju imma wkoll dak li tgħallem minnu.