Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 150

Fittex lil Alla biex jeħilsek

Fittex lil Alla biex jeħilsek

(Sofonija 2:3)

  1. 1. Spiċċa tal-​ġnus iż-​żmien.

    Dawn ngħaqdu ilkoll flimkien;

    Lil Bin Ġeħova ma jridux,

    Għalhekk resqin lejn it-​tmiem.

    Lil kull ħakkiem uman

    Daqt jeqred Ġesù s-​Sultan.

    Is-​Saltna t’Alla għal dejjem tkun;

    Hi biss se ġġib kull serħan.

    (RITORNELL)

    Lil Alla fittex; lejh int dur

    B’fiduċja li jeħilsek żgur.

    Uri fedeltà

    Għas-​Sovranità.

    Miegħu żomm għax hu ferm setgħan.

    Jeħilsek Alla jekk is-​sew

    Tfittex b’mod ħerqan.

  2. 2. Issa n-​nies kbar u żgħar

    Qed jagħżlu jilqgħux l-​aħbar.

    Jiċħdux in-​nies jew jaċċettawx,

    Din l-​għażla noffru f’kull dar.

    Hemm provi tant ibsin,

    Però m’aħniex beżgħanin.

    Ġeħova t-​talb tagħna jisma’ żgur;

    Hu jieħu ħsieb lill-​ġwejdin.

    (RITORNELL)

    Lil Alla fittex; lejh int dur

    B’fiduċja li jeħilsek żgur.

    Uri fedeltà

    Għas-​Sovranità.

    Miegħu żomm għax hu ferm setgħan.

    Jeħilsek Alla jekk is-​sew

    Tfittex b’mod ħerqan.