Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 90

Inkuraġġixxu lil xulxin

Inkuraġġixxu lil xulxin

(Ebrej 10:24, 25)

  1. 1. Jekk aħna lil xulxin inħeġġu

    Biex naqdu ’l Alla lkoll sat-​tmiem,

    Ir-​rabta taʼ mħabbitna nsaħħu;

    Għemejjel tajba jġibu s-​sliem.

    L-​imħabba fost il-​poplu t’Alla

    Tqawwina ferm biex ma nċedux.

    Refuġju hi l-​kongregazzjoni;

    Hemm f’nofsha biżaʼ ma nħossux.

  2. 2. Il-​kelma meta tingħad f’waqtha,

    Kemm hi sabiħa għall-​widnejn!

    Dal-​kliem taʼ faraġ li nisimgħu,

    Minn ħbieb leali ikun ġej.

    Xi ġmiel li naħdmu flimkien m’aħwa

    Bl-​istess tamiet u miri lkoll!

    Ħa nġorru t-​toqol t’għeżież ħutna

    U nsaħħu lil xulxin ukoll.

  3. 3. Waqt li naraw bl-​għajnejn tal-​fidi

    Kemm jum Ġeħova hu viċin,

    M’għandniex ninsew il-​laqgħat tagħna,

    Ħa nkomplu sod fit-​triq mexjin.

    Mal-​poplu taʼ Ġeħova rridu

    Li naqdu għall-​eternità,

    U lil xulxin ninkuraġġixxu

    Biex nibqgħu sħaħ fl-​integrità.