Mur fil-kontenut

Hemm bżonn li nkunu parti minn reliġjon organizzata?

Hemm bżonn li nkunu parti minn reliġjon organizzata?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

 Iva, għax Alla jrid li n-​nies jinġabru flimkien biex iqimuh. Il-​Bibbja tgħid: “Ħa nagħtu kas xulxin biex nitqanqlu għall-​imħabba u l-​għemejjel tajbin, u ma nabbandunawx il-​laqgħat tagħna flimkien.”—Ebrej 10:24, 25.

 Ġesù indika li s-​segwaċi tiegħu kienu se jifformaw grupp organizzat meta qalilhom: “B’dan ikun jaf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-​imħabba bejnietkom.” (Ġwanni 13:35) Il-​mod ewlieni kif id-​dixxipli taʼ Kristu kienu se juru din l-​imħabba kien billi jissieħbu maʼ sħabhom fit-​twemmin. Huma kienu se jkunu organizzati f’kongregazzjonijiet li jiltaqgħu regolarment biex iqimu flimkien. (1 Korintin 16:19) F’daqqa, dawn kienu se jifformaw fratellanza mad-​dinja kollha.—1 Pietru 2:17.

Hemm bżonn iktar milli sempliċement tkun parti minn xi reliġjon

 Filwaqt li l-​Bibbja turi li n-​nies għandhom jinġabru flimkien biex iqimu lil Alla, din ma tgħallimx li xi ħadd jistaʼ jogħġob lil Alla billi sempliċement ikun membru taʼ xi reliġjon. Biex individwu jkollu l-​approvazzjoni t’Alla, ir-​reliġjon tiegħu għandha teffettwa l-​ħajja tiegħu taʼ kuljum. Pereżempju, il-​Bibbja tgħid: “Il-​qima [jew, ir-​reliġjon] li hi nadifa u bla tinġis mill-​ħarsa t’Alla tagħna u Missierna hi din: li tieħu ħsieb l-​iltiema u r-​romol fit-​tribulazzjoni tagħhom, u li żżomm ruħek mingħajr tebgħa mid-​dinja.”—Ġakbu 1:27.