Mur fil-kontenut

Għidilhom li tħobbhom

Għidilhom li tħobbhom

 Ong-Li hi waħda mix-Xhieda taʼ Ġeħova li tgħix il-Bulgarija. Hi studjat il-Bibbja maʼ mara jisimha Zlatka, li r-raġel tagħha ma jistudjax il-Bibbja. Ong-Li tgħid: “Waqt li tkellimna dwar il-familja, enfasizzajt l-importanza taʼ li tgħid lill-membri tal-familja li tħobbhom. Zlatka ħarset lejja u b’dispjaċir qaltli li qatt ma kienet qalet lir-raġel jew lit-tifla taʼ disaʼ snin li tħobbhom!”

 Zlatka spjegat, “Jien lesta nagħmel kollox għalihom, imma ma jirnexxilix ngħidilhom dak il-kliem.” Hi kompliet tgħid, “Ommi qatt ma qaltli li tħobbni, u nannti qatt ma qalet ’l ommi li tħobbha.” Ong-Li wriet lil Zlatka li Ġeħova qal b’leħen għoli li jħobb lil Ġesù. (Mattew 3:17) Hi inkuraġġietha biex titlob lil Ġeħova dwar dan u biex tagħmilha mira li tgħid lir-raġel u lit-tifla li tħobbhom.

 Ong-Li tgħid: “Jumejn wara, Zlatka b’ferħ qaltli li kienet talbet lil Ġeħova biex jgħinha. Meta r-raġel tagħha wasal id-dar, hi qaltlu li mill-istudju tal-Bibbja kienet tgħallmet kemm hu importanti li mara tirrispetta u tħobb lil żewġha. Imbagħad, wara pawsa, qaltlu kemm kienet tħobbu! Meta bintha waslet id-dar, Zlatka għannqitha u qaltilha li tħobbha wkoll! Zlatka qaltli: ‘Issa nħossni ħafna aħjar. Kont qed inżomm dawn is-sentimenti ġo fija għal dawn is-snin kollha, imma bl-għajnuna taʼ Ġeħova, fl-aħħar nistaʼ nesprimi l-imħabba tiegħi lejn familti.’”

Ong-Li tkompli toffri studji tal-Bibbja fl-inħawi fejn tgħix

 Ong-Li tkompli tgħid: “Ġimgħa wara, iltqajt mar-raġel taʼ Zlatka u qalli: ‘Ħafna nies qaluli biex Zlatka ma tistudjax il-Bibbja magħkom, imma l-istudju tal-Bibbja vera kien taʼ benefiċċju għall-familja tagħna. Issa aħna ninsabu iktar ferħanin u ngawdu relazzjoni iktar b’saħħitha bejnietna.’”