Mur fil-kontenut

Intom Temmnu li Se Tkunu l-Uniċi Nies li Jiġu Salvati?

Intom Temmnu li Se Tkunu l-Uniċi Nies li Jiġu Salvati?

 Le. Miljuni taʼ nies li għexu bosta sekli ilu u li ma kinux Xhieda taʼ Ġeħova se jkollhom l-opportunità li jiġu salvati. Il-Bibbja tispjega li fid-dinja l-ġdida mwiegħda minn Alla, “se jkun hemm irxoxt kemm tan-nies sewwa u kemm taʼ dawk li m’humiex sewwa.” (Atti 24:15) Iktar minn hekk, ħafna nies ħajjin illum għandhom mnejn jibdew jaqdu lil Alla, u anki huma jiġu salvati. Ikun xi jkun il-każ, mhuwiex f’idejna li niġġudikaw min se jsalva u min le. Dan l-inkarigu huwa, b’mod xieraq, f’idejn Ġesù.—Ġwanni 5:22, 27.