Mur fil-kontenut

Il-Bibbja X’Tgħid Dwar Żwiġijiet Bejn Razez Differenti?

Il-Bibbja X’Tgħid Dwar Żwiġijiet Bejn Razez Differenti?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Alla japprova ż-żwiġijiet bejn raġel u mara taʼ razez differenti għax ir-razez kollha huma ugwali f’għajnejh. Il-Bibbja tgħid: “Alla jittratta ’l-kulħadd fuq l-istess bażi . . . , ikun minn liema razza jkun.”—Atti 10:34, 35, Good News Translation.

 Ikkunsidra xi prinċipji Bibliċi oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-ugwaljanza razzjali u ż-żwieġ.

Ir-razez kollha ġejjin mill-istess sors

 Il-bnedmin kollha ġew mill-ewwel raġel, Adam, u martu, Eva, li l-Bibbja ssejħilha “omm il-ħajjin kollha.” (Ġenesi 3:20) Għal din ir-raġuni, il-Bibbja dwar Alla tgħid: “Minn raġel wieħed għamel il-ġnus kollha tal-bnedmin.” (Atti 17:26) Hi x’inhi r-razza tagħhom, il-bnedmin kollha huma parti minn familja waħda. Però, xi ngħidu jekk hemm ħafna preġudizzju razzjali jew distinzjoni bejn il-klassijiet fejn tgħix int?

Nies għaqlin “jikkonsultaw flimkien”

 Filwaqt li żwieġ bejn ir-razez hu aċċettabbli għalkollox għal Alla, mhux in-nies kollha jarawha bħalu. (Isaija 55:8, 9) Jekk qed tikkunsidra li tiżżewweġ lil xi ħadd taʼ razza oħra, int u s-sieħeb jew is-sieħba prospettiva tiegħek għandkom tiddiskutu dan li ġej:

  •   Kif se tkampaw mal-pressjonijiet li għandu mnejn tiffaċċjaw mill-komunità jew mill-familji tagħkom?

  •   Kif se tgħinu lit-tfal tagħkom ikampaw mal-preġudizzju?

 “Li ‘tikkonsultaw flimkien’ b’dan il-mod jistaʼ jgħin biex iż-żwieġ tagħkom ikun taʼ suċċess.—Proverbji 13:10; 21:5.