Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 07

X’Tip ta’ Persuna Hu Ġeħova?

X’Tip ta’ Persuna Hu Ġeħova?

Meta taħseb fuq Alla Ġeħova, x’jiġi f’moħħok? Taħseb li tant hu importanti u ’l bogħod minna li hu impossibbli li ssir tafu? Jew taħseb li hu xi ħadd b’saħħtu li m’għandux emozzjonijiet? Fil-​verità, Ġeħova x’tip ta’ persuna hu? Il-​Bibbja tgħidilna l-​kwalitajiet ta’ Ġeħova. Tgħidilna wkoll li jinteressah u jimpurtah minnek.

1. Għala ma nistgħux narawh lil Alla?

“Alla hu Spirtu.” (Ġwanni 4:24) Ġeħova m’għandux ġisem fiżiku bħal tagħna. Hu Spirtu li jgħix fis-​sema, jiġifieri f’post li ma nistgħux naraw.

2. X’inhuma xi kwalitajiet ta’ Ġeħova?

Aħna ma nistgħux naraw lil Ġeħova. Imma meta nsiru nafuh, se nħobbuh għax hu għandu kwalitajiet sbieħ. Il-​Bibbja tgħid: “Ġeħova jħobb il-​ġustizzja, u lil-​leali tiegħu ma jitlaqhomx.” (Salm 37:28) Ukoll, “Ġeħova juri affezzjoni b’tenerezza kbira u hu mimli ħniena,” speċjalment lejn dawk li jbatu. (Ġakbu 5:11) “Ġeħova hu qrib dawk li għandhom qalbhom maqsuma; u lil dawk bi spirtu miksur [jew skuraġġiti] isalvahom.” (Salm 34:18) Kont taf li Ġeħova jiġi affettwat b’dak li nagħmlu? Hu jħossu diżappuntat u mdejjaq meta persuna tagħmel affarijiet ħżiena. (Salm 78:​40, 41) Imma hu jkun ferħan meta persuna tagħmel dak li hu tajjeb.​—Aqra Proverbji 27:11.

3. Ġeħova kif jurina li jħobbna?

L-​ikbar kwalità ta’ Ġeħova hi l-​imħabba. Fil-​fatt, “Alla hu mħabba.” (1 Ġwanni 4:8) Ġeħova juri li jħobbna permezz tal-​Bibbja u l-​affarijiet li ħalaq. (Aqra Atti 14:17.) Aħseb fuq kif ħalaqna. Ħalaqna b’tali mod li nistgħu naraw il-​kuluri sbieħ, nisimgħu l-​mużika, u nduqu ikel tajjeb. Hu jridna nieħdu pjaċir bil-​ħajja.

TGĦALLEM IŻJED

Sir af kif Ġeħova jagħmel affarijiet tal-​għaġeb. Imbagħad ara kif Ġeħova jurina l-​kwalitajiet sbieħ tiegħu.

4. L-​ispirtu qaddis hu l-​qawwa t’Alla

Bħalma aħna nużaw idejna biex nagħmlu xi ħaġa, Ġeħova juża l-​ispirtu qaddis tiegħu. Il-​Bibbja turi li l-​ispirtu qaddis mhuwiex persuna, imma l-​qawwa, jew il-​forza attiva, li Alla juża biex jagħmel dak li jixtieq. Aqra Luqa 11:13 u Atti 2:​17, u mbagħad iddiskuti:

  • Alla se jagħti l-​ispirtu qaddis lil dawk li jitolbu għalih. Allura, taħseb li l-​ispirtu qaddis hu persuna jew il-​qawwa t’Alla? Għala taħseb hekk?

Ġeħova juża l-​ispirtu qaddis tiegħu biex jagħmel affarijiet tal-​għaġeb. Aqra Salm 104:30 u t-2 Pietru 1:​20, 21, u mbagħad iddiskuti:

  • X’inhuma xi modi li Ġeħova uża l-​ispirtu qaddis tiegħu?

5. Ġeħova għandu kwalitajiet sbieħ

Mosè kien qaddej leali t’Alla, imma xorta waħda ħass li kellu jsir jaf lill-​Ħallieq aħjar. Allura Mosè qallu: ‘Ġegħelni nkun naf triqatek, ħalli nkun nafek.’ (Eżodu 33:13) Ġeħova wieġbu billi qallu x’tip ta’ persuna hu. Aqra Eżodu 34:​4-​6, u mbagħad iddiskuti:

  • Ġeħova xi kwalitajiet wera lil Mosè?

  • Liema kwalitajiet ta’ Ġeħova jogħġbuk l-​iżjed?

6. Ġeħova jinteressah min-​nies

L-​Iżraelin, li kienu n-​nies t’Alla fl-​antik, kienu skjavi fl-​Eġittu. Kif ħassu Ġeħova meta n-​nies tiegħu kienu qed ibatu? Isma’ l-​AWDJO u ara mill-​Bibbja tiegħek jew aqra Eżodu 3:​1-​10. Imbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

  • Dan ir-​rakkont x’juri dwar kif iħossu Ġeħova meta n-​nies ibatu?​—Ara l-​versi 7 u 8.

  • Taħseb li Ġeħova vera jrid u kapaċi jgħin lin-​nies? Għala taħseb hekk?

7. Il-​ħolqien juri l-​kwalitajiet ta’ Ġeħova

Ġeħova juri l-​kwalitajiet tiegħu mill-​affarijiet li ħalaq. Ara l-​VIDJOW. Imbagħad aqra Rumani 1:​20, u ddiskuti l-​mistoqsija li ġejja.

  • Mill-​affarijiet li għamel Ġeħova, liema kwalitajiet tara?

ĦAFNA JGĦIDU: “Alla qiegħed kullimkien imma diffiċli biex issir tafu b’mod personali.”

  • Inti x’taħseb?

  • Għala taħseb hekk?

XI DDISKUTEJNA?

Ġeħova hu Spirtu b’ħafna kwalitajiet sbieħ. L-​ikbar waħda minnhom hi l-​imħabba.

X’Tgħallimt

  • Għala ma nistgħux naraw lil Ġeħova?

  • X’inhu l-​ispirtu qaddis?

  • Semmi xi kwalitajiet ta’ Ġeħova.

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Tgħallem iżjed dwar erba’ kwalitajiet importanti ta’ Ġeħova.

“Xi kwalitajiet għandu Alla?” (It-​Torri tal-​Għassa Nru. 1 2019)

Ara x’juri li Ġeħova mhuwiex kullimkien.

“Jinsab Alla kullimkien, omnipreżenti?” (Artiklu fuq jw.org)

Il-​Bibbja għala tqabbel l-​ispirtu qaddis ma’ jdejn Alla?

“X’inhu l-​ispirtu qaddis?” (Artiklu fuq jw.org)

Raġel li ma jistax jara sabha diffiċli jemmen li Alla jħobbu. Sir af x’għenu jbiddel kif iħossu.

“Issa nħoss li nista’ ngħin lil oħrajn” (It-​Torri tal-​Għassa, Novembru-​Diċembru 2015)