Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 18

Kif Tistaʼ Tkun Taf Min Hu Kristjan Veru?

Kif Tistaʼ Tkun Taf Min Hu Kristjan Veru?

Biljuni taʼ nies jgħidu li huma Kristjani. Imma mhux kollha jemmnu l-​istess jew jgħixu bl-​istandards tal-​Bibbja. Allura kif nistgħu nkunu nafu min hu Kristjan veru?

1. Xi jfisser li tkun Kristjan?

Li tkun Kristjan ifisser li tkun dixxiplu taʼ Ġesù Kristu, jiġifieri li timitah. (Aqra Atti 11:26.) Il-​Kristjani kif juru li huma dixxipli taʼ Ġesù? Ġesù qal: “Jekk tibqgħu fil-​kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi.” (Ġwanni 8:31) Mela Kristjani veri jobdu dak li jgħid Ġesù. Hu dejjem għallem mill-​Bibbja. Allura d-​dixxipli tiegħu jagħmlu l-​istess.​—Aqra Luqa 24:27.

2. Il-​Kristjani veri kif juru l-​imħabba?

Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu: ‘Ħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien.’ (Ġwanni 15:12) Ġesù kif wera li kien iħobb lid-​dixxipli tiegħu? Hu qattaʼ l-​ħin magħhom, inkuraġġiehom u għenhom. Hu anki miet għalihom. (1 Ġwanni 3:16) Bħal Ġesù, il-​Kristjani veri mhux biss jgħallmu dwar l-​imħabba, imma anki jgħidu u juru li jħobbu lil xulxin.

3. Il-​Kristjani veri liema xogħol qed jagħmlu?

Ġesù tahom x’jagħmlu lid-​dixxipli tiegħu. “Bagħathom jippridkaw is-​saltna t’Alla.” (Luqa 9:2) Il-​Kristjani tal-​bidu ma kinux jippritkaw biss fil-​postijiet fejn kienu jaqdu lil Alla. Huma kienu jippritkaw ukoll fejn kien ikun hemm ħafna nies u minn dar għal dar. (Aqra Atti 5:42; 17:17.) Bl-​istess mod illum, il-​Kristjani veri jippritkaw mill-​Bibbja kull fejn ikun hemm in-​nies. Huma jħobbu lil kulħadd. Għalhekk jużaw il-​ħin u s-​saħħa tagħhom biex jitkellmu maʼ kulħadd dwar it-​tama sabiħa li hemm fil-​Bibbja.​—Marku 12:31.

TGĦALLEM IŻJED

Aħseb x’jagħmel lill-​Kristjani veri differenti min-​nies li ma jobdux u ma jimitawx lil Ġesù.

4. Il-​Kristjani veri jfittxu l-​verità mill-​Bibbja

Il-Kristjani tal-bidu apprezzaw il-Kelma t’Alla

Ħafna nies li jgħidu li huma Kristjani, jaħsbu li mhuwiex importanti li tkun taf il-​verità mill-​Bibbja. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

  • Il-​knejjes li jgħidu li huma Kristjani, x’jgħallmu differenti minn dak li għallem Ġesù?

Ġesù għallem il-​verità mill-​Kelma t’Alla. Aqra Ġwanni 18:​37, u mbagħad iddiskuti:

  • Skont Ġesù, kif nistgħu naraw liema Kristjani huma “fuq in-​naħa tal-​verità”?

5. Il-​Kristjani veri jgħallmu l-​verità mill-​Bibbja

Il-Kristjani tal-bidu ppritkaw lil oħrajn

Qabel ma Ġesù telaʼ s-​sema, hu ta lid-​dixxipli tiegħu xogħol li kellu jsir sal-​lum il-​ġurnata. Aqra Mattew 28:​19, 20 u Atti 1:​8, u mbagħad iddiskuti:

  • Sa fejn u sa meta kellhom jgħallmu l-​verità?

6. Il-​Kristjani veri jagħmlu dak li jgħallmu

Raġel li jismu Tom, kif kien ċert li sab il-​Kristjani veri? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

  • Fil-​vidjow, Tom għala qataʼ qalbu mir-​reliġjon?

  • Xi kkonvinċieh li sab il-​verità?

Dak li jagħmlu n-​nies hu ħafna iżjed importanti minn dak li jgħidu. Aqra Mattew 7:​21, u mbagħad iddiskuti:

  • X’inhu l-​iżjed importanti għal Ġesù, dak li ngħidu jew dak li nagħmlu f’ħajjitna?

7. Il-​Kristjani veri jħobbu lil xulxin

Il-Kristjani tal-bidu kienu jħobbu lil xulxin

Il-​Kristjani lesti li jirriskjaw ħajjithom għal Kristjani oħra. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

  • Fil-​vidjow, Ħuna Lloyd għala kien lest li jmut għal Ħuna Johansson?

  • Taħseb li wera li hu Kristjan veru b’dak li għamel?

Aqra Ġwanni 13:​34, 35, u mbagħad iddiskuti:

  • Id-​dixxipli taʼ Ġesù, jiġifieri l-​Kristjani veri, kif jittrattaw lin-​nies minn pajjiżi differenti?

  • Waqt gwerra, x’jagħmlu l-​Kristjani veri li jħobbu lil oħrajn?

ĦAFNA JGĦIDU: “Il-​knejjes għamlu ħafna affarijiet ħżiena. Ma jinteressanix mir-​reliġjon.”

  • Liema skrittura tistaʼ taqra biex turi li l-​Kristjani veri huma differenti?

XI DDISKUTEJNA?

Il-​Kristjani veri jobdu dak li tgħid il-​Bibbja, iħobbu lil oħrajn, u jgħallmu l-​verità mill-​Bibbja.

X’Tgħallimt

  • It-​tagħlim tal-​Kristjani veri minn fejn jiġi?

  • Xi kwalitajiet għandu jkollhom il-​Kristjani veri?

  • Il-​Kristjani veri liema xogħol qed jagħmlu?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Tgħallem iktar dwar grupp taʼ nies li qed jagħmlu l-​aħjar li jistgħu biex jobdu u jimitaw l-​eżempju taʼ Ġesù Kristu.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova​—Min aħna? (1:​13)

Ara kif mara li kienet soru sabet “familja spiritwali vera.”

“Weġbuli kull mistoqsija mill-​Bibbja!” (It-​Torri tal-​Għassa, 1 tʼApril 2014)

Ara kif il-​Kristjani veri juru l-​imħabba billi jgħinu Kristjani oħra.

Ngħinu lil Ħutna Meta Jinqalaʼ Diżastru​—Parti mill-​Vidjow (3:​57)

Sir af kif il-​Kristjani veri llum qed jimitaw lill-​Kristjani tal-​bidu u kif qed jagħmlu dak li qal Ġesù.

“X’Jidentifika lill-​Kristjanità Vera?” (It-​Torri tal-​Għassa, Lulju-​ Settembru, 2012)