Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 14

Kif Nistgħu Naqdu lil Alla b’Mod li Jogħġob Lilu?

Kif Nistgħu Naqdu lil Alla b’Mod li Jogħġob Lilu?

Kif rajna fil-​lezzjoni taʼ qabel, Alla ma jiħux pjaċir bir-​reliġjonijiet kollha. Imma aħna nistgħu naqdu lill-​Ħallieq tagħna b’mod li jogħġob lilu. Allura kif nistgħu ‘nqimu,’ jiġifieri naqdu, lil Alla b’mod li jogħġbu? (Ġakbu 1:27) Ara x’tgħallem il-​Bibbja.

1. Minn fejn nistgħu nitgħallmu kif għandna naqdu lil Alla?

Nistgħu nitgħallmu kif għandna naqdu lil Alla mill-​Bibbja. Ġesù qal lil Alla: “Kelmtek hi l-​verità.” (Ġwanni 17:17) Ħafna reliġjonijiet ma jagħtux kas il-​verità li hemm fil-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja. Minflok jagħtu kas it-​tagħlim tan-​nies u tradizzjonijiet. Imma Ġeħova ma jiħux pjaċir b’min ‘iwarrab fil-​ġenb il-​kmandament tiegħu.’ (Aqra Marku 7:9.) Aħna nferrħu lil Alla jekk naqduh skont il-​Bibbja u nagħmlu dak li tgħid.

2. Kif għandna naqdu lil Alla?

Aħna għandna naqdu lil Ġeħova biss, għax hu ħalaqna. (Rivelazzjoni 4:11) Dan ifisser li m’għandniex nużaw statwi jew affarijiet oħra biex naqduh. Minflok, għandna nħobbu u naqdu lilu biss.​—Aqra Isaija 42:8.

Aħna rridu naqdu lil Ġeħova b’mod li hu ‘qaddis u aċċettabbli’ għalih. Il-​kelma qaddis tfisser nadif. (Rumani 12:1) Għalhekk, għandna nobdu l-​liġijiet tiegħu. Pereżempju, dawk li jħobbu lil Ġeħova japprezzaw u jobdu dak li jgħid dwar iż-​żwieġ. U jevitaw vizzji ħżiena bħat-​tipjip, droga jew alkoħol. a

3. Għala għandna naqdu lil Ġeħova m’oħrajn?

Il-​laqgħat li jkollna kull ġimgħa jagħtuna l-​opportunità biex ‘infaħħru lil Ġeħova fil-​kongregazzjoni.’ (Salm 111:​1, 2) Mod wieħed kif infaħħru lil Alla hu billi nkantaw. (Aqra Salm 104:33.) Ġeħova jixtieqna mmorru l-​laqgħat għax iħobbna u għax jaf li se jgħinuna nkunu ferħanin għal dejjem. Fil-​laqgħat, aħna se ninkuraġġixxu lil xulxin.

TGĦALLEM IŻJED

Sir af għala Ġeħova ma jiħux pjaċir li nużaw statwi biex inqimuh. Tgħallem xi modi importanti kif nistgħu nfaħħru lil Alla.

4. M’għandniex nużaw statwi biex naqdu lil Alla

Kif nafu li Alla ma jiħux pjaċir jekk aħna nagħmlu hekk? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:

  • X’ġara meta n-​nies t’Alla fi żmien il-​Bibbja użaw statwa biex iqimuh?

Ħafna nies jipprovaw iħossuhom qrib t’Alla billi jużaw l-​istatwi fil-​qima tagħhom. Imma minflok ikunu qed jitbiegħdu minnu. Aqra Eżodu 20:​4-​6 u Salm 106:​35, 36, u mbagħad iddiskuti:

  • In-​nies liema statwi jew affarijiet rajthom jużaw biex jitolbu?

  • Ġeħova kif iħossu meta n-​nies jużaw l-​istatwi?

  • Taħseb li hu tajjeb li nużaw l-​istatwi biex inqimu lil Alla? Għala taħseb hekk?

5. Meta naqdu lil Ġeħova biss se ninħelsu minn tagħlim ħażin

Ara kif meta naqdu lil Ġeħova b’mod li jogħġob lilu, se ninħelsu minn tagħlim ħażin. Ara l-​VIDJOW.

Aqra Salm 91:​14, u mbagħad iddiskuti:

  • Aħna nuru kemm inħobbu lil Ġeħova billi naqdu lilu biss. Xi jwegħedna li se jagħmel meta nagħmlu dan?

6. Naqdu lil Ġeħova fil-​laqgħat

Meta nkantaw u nikkummentaw fil-​laqgħat, inkunu qed infaħħru lil Ġeħova u ninkuraġġixxu lil oħrajn. Aqra Salm 22:​22, u mbagħad iddiskuti:

  • Tieħu gost tismaʼ l-​kummenti fil-​laqgħat?

  • Tixtieq tipprepara kumment?

7. Ġeħova jieħu pjaċir meta nitkellmu fuq dak li nitgħallmu

Għandna ħafna opportunitajiet biex nitkellmu m’oħrajn dwar dak li tgħallimna mill-​Bibbja. Aqra Salm 9:1 u 34:​1, u mbagħad iddiskuti:

  • Hemm xi ħaġa li tgħallimt mill-​Bibbja u tixtieq tgħid lil xi ħadd ieħor dwarha?

ĦAFNA JGĦIDU: “Lil Alla ma tagħmillux differenza kif taqdih, l-​aqwa li tgħix ħajja tajba.”

  • Inti x’taħseb?

XI DDISKUTEJNA?

Aħna nogħġbu lill-​Ħallieq tagħna meta naqdu lilu biss, nikkummentaw fil-​laqgħat, u nitkellmu m’oħrajn dwar dak li qed nitgħallmu.

X’Tgħallimt

  • Minn fejn nistgħu nitgħallmu kif għandna naqdu lil Alla?

  • Għala rridu naqdu lil Ġeħova biss?

  • Għala għandna naqdu lil Alla m’oħrajn li jixtiequ jogħġbuh?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Fl-​artiklu “Jiena M’Għadnix Ilsira tax-​Xbihat,” ara kif mara hi ferħana talli m’għadhiex tqim l-​istatwi.

“Il-​Bibbja Tbiddel il-​Ħajjiet” (Artiklu minn Torri tal-​Għassa)

Ara kif żagħżugħ ibbenefika mil-​laqgħat avolja kien diffiċli għalih biex imur.

Ġeħova Ħa Ħsiebi (3:​07)

Ħafna nies jemmnu li s-​salib jirrappreżenta l-​Kristjanità. Imma għandna nużawh biex inqimu lil Alla?

“Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova Għala Ma Jużawx is-​Salib fil-​Qima?” (Artiklu fuq jw.org)

a Dawn is-​suġġetti se tiddiskutihom f’lezzjonijiet iktar ’il quddiem.